Bi ftit kliem u b’dawn l-għanjiet nixtieq ngħidlek dwar dan il-vjaġġ li wassalni nsir dil-mara li jien illum. Kien vjaġġ bi tlajja u nżul, b’mumenti li tawni ħafna mħabba, suċċess meta l’inqas stennejt, u tgħannieqa ħelwa meta ħsibt li d-dinja kienet spiċċat. Iżda kien ukoll vjaġġ b’mumenti fejn ħassejtni msakkra wara l-kanċell ta’ dieqa u qtugħ ta’ qalb, fejn ħsibt li l-ħajja hi biss imrar. Imma mbagħad il-vjaġġ għallimni nsib il-kuraġġ, u jum wara jum urieni li mill-għatba ‘l ġew kulħadd huwa uman. Illum naf għaliex kelli ngħaddi minn dan il-vjaġġ u ninsab grata wisq għal dak kollu li għext. Ħaġa waħda biss tgħodd… l-imħabba… u li f’dil-ħajja m’għandek tieqaf qatt sakemm il-Mulej jagħtik in-nifs.


With these few words and through these songs I would like to tell you about this journey of mine that shaped me into this woman I am today. Sometimes it was an uphill climb, and at other times it was easy, with moments that gave me a lot of love, unexpected success, and a warm hug during a time when I thought my world had come to an end. But it was also a journey when at times I felt I was chained behind a wall of sadness and despair, when I thought that life couldn’t get any worse. But then this journey helped me find my courage, and day after day, it showed me that behind closed doors we are all human. Now I know why I had to experience this journey and I am so grateful for all that I have lived through. Only one thing matters… love… and that during this life we should never stop whilst God gives us air in our lungs.