Search in the website:

Dil-Mara

Music: Miriam Christine Lyrics: Miriam Christine, Emil Calleja Bayliss 

  • Track 9

    Miriam Christine Borg


Dil-Mara

Dil-mara waqfet tħobb għax rat li ma tistax

Ġo gidba tibqa’ tgħix biex lilek tbati ma tarax

Dil-mara rat kull ħolm jispiċċa bħal duħħan 

Għall-imħabba… Kulħadd għatxan

Konfuża mitlufa dejjem sabet skuża

għax stkerrħet il-ġejjien, ma fehmitx ħelsien.

Maħsuda muġugħa f’rutina maqbuda

Tistenna biex tinħall, titgħallem minn kull żball.

Dak kollu li nħatt u tkisser...

dil-mara b’dawn l-għanjiet se tfisser...

 

Dil-mara għad terġa’ tħobb għax taf li ma tistax

Ħajjitha f’dalma tgħix biex tiegħek l-iżball ma terġax

Dil-mara tibqa’ trodd imħabba taħraq nar

Għax fl-aħħar … Qed tara ċar

 

Sejħulha ferħulha iż-żernieq sabulha

ftakret f’dawk l-ulied, għalihom kull għażliet.

Dak kollu li nħatt u tkisser...

dil-mara b’dawn l-għanjiet se tfisser...

 

Dil-mara għad terġa’ tħobb għax taf li ma tistax

Ħajjitha f’dalma tgħix biex tiegħek l-iżball ma terġax

Dil-mara tibqa’ trodd imħabba taħraq nar

Għax fl-aħħar … Qed tara ċar

 

Dil-mara għad terġa’ tħobb

This Woman

This woman’s love ceased because she knew she couldn’t

Live a lie anymore just to make your life better

This woman saw all her dreams go up in smoke

Love… is craved by everyone

Confused, lost, she always found an excuse

She was scared of the future, so she couldn’t embrace freedom

Startled, hurt, stuck in a rut

Waiting to be released, she learned from all her mistakes

All that crumbled and shattered…

Led this woman to share her story…

 

This woman will love again because she knows she cannot

Live her life in darkness just so she doesn’t repeat the mistakes done with you

This woman will love again and again

Because at last… She sees the clearer picture

 

They called out to her, helped her find her dawn

She remembers her children, in all the choices she now makes

All that crumbled and shattered…

This woman is going to tell her story through these songs…

 

This woman will love again because she knows she cannot

Live her life in darkness just so she doesn’t repeat the mistakes done with you

This woman will love again and again

Because at last… She sees the clearer picture

 

This woman will love again