Search in the website:

Ħaġa waħda biss

Music & Lyrics Miriam Christine

Ħaġa waħda biss

Malajr għaddiet tfuliti, sibt ruħi ngħum fil-fond

U fl-aqwa ta’ żgħożiti, iċ-ċirku ma ġiex tond

Ħaġa waħda biss, tlabtkom meta tant kont fil-bżonn

U intom flok hawn qribi, tlaqtuni lkoll fil-pront

Kemm xtaqtkom tieħdu ħsiebi, met’ agħar ġejt milli kont

Ħaġa waħda biss, stennejt mingħandkom fil-ħin tal-bżonn

Ir-riħ idur, tinbidel għad l-istorja

Mulej, int l-awtur

F’idejk inħalli t-tmun

 

Ħaġa waħda biss 

F’qalbi tant nixtieq

Nagħder u naħfer

Għax dik hija t-triq

Ħaġa waħda biss 

Nitlob lill-Ħallieq

Li mħabbti titkattar

U paċi nsib bla qies

 

Qaluli tagħtix kashom, qasira l-ħajja wisq

Ħallihom jimxu triqthom, xtieqilhom biss ir-riżq

Ħaġa waħda biss, irrid li nara sseħħ fil-ġejjien

Il-barka sseddaq fuqhom, ħa jiġri dak li jrid

Il-ħajja ghad turihom, l’int biss Mulej is-Sid

Ħaġa waħda biss, jien ċerta li se sseħħ fil-ġejjien

Jum wara jum, u ħajti tinseġ storja

Mulej, int l-awtur

F’Idejk inħalli t-tmun

 

Ħaġa waħda biss…

One Thing

My childhood ended quickly, I found myself drowning

The best of my younger days, didn’t quite come to full circle

I wished only that, I could find your help when I needed it most

And instead of being there for me, you quickly dumped me

I wished you looked out for me, when things went wrong

I expected only one thing from you during testing times

The tide will turn, the story will change

God, you are the author

I leave it all in your hands

 

One thing

I wish with all my heart

To empathise and forgive

Because that is the only way

One thing

I pray to the Creator

That my love for others grows stronger

And I find my peace

 

People told me not to bother, life is way too short

Let everyone lead their way, only wish the best for them

There’s just one thing, that I wish to happen in the future

Let everyone have their blessings, what will be will be

Life will show all of us, that God is the only One

There’s only one thing, I’m certain of for the future

Day after day, my life will weave a story

God, you are the author

I leave it all in your hands

 

One thing…