Search in the website:

Illum naf għaliex

Music & Lyrics Miriam Christine

Illum naf għaliex

It-tikmix li għandi f’wiċċi

Jgħidlek storja l’int ma tafx

Forsi ħsibt li jien perfetta

U li bħali żgur li m’hawnx

Hekk kif għexna kull żernieq

Tkellimna tard matul il-lej’

Indunajna li l-istorja

M’hix perfetta għax it-tnej’

Qed inġorru l-bagalja li fuq dahrna l-ħajja għabbiet

Kellna ngħaddu minn triqatna b’ġlieda kontra l-mewġiet

Iżda qalbi llum taf... għaliex

 

Għax lilek, lilek stennejt

Biex miegħek naf li ħajti bdejt

U dak li minnu għaddejt

Wassalni sabiex nersaq lejk

Illum naf għaliex

 

Kellna stejjer illi ħsibna

Li se jkunu mingħajr tmiem

Sakemm b’ħafna qsim ta’ qalb

Skoprejna li ma wasslu mkien

Jekk irridu li tassew

Insibu l-ferħ għalina t-tnej’

Hemm bżonn li ndawwru l-paġna

Nippruvaw nibdew mix-xej’

Għax għalkemm spallejna jġorru l-piż ta’ żbalji mill-passat

Fl-aħħar spiċċa l-morr tal-ħajja, waqfu ħesrem il-weġghat

Issa qalbi saret taf... għaliex

 

Għax lilek, lilek stennejt…

Now I know why

Every line that’s on my face

Recounts a story you don’t know

Maybe you thought I was perfect

And that I was the only one

As we talked till every dawn

We survived through many late nights

We realised that our story

Wasn't so perfect because both of us

Carried too much pain and resentment that life made us bear

We had to go through it, against all odds

But now my heart knows… why

 

‘Cause I’ve been waiting for you

My new life has started with you

And all that I had to go through

Has shown me my way home to you

Now I know why

 

We lived through stories that

Made us believe in forever again

Then we realised through many heartbreaks

These stories didn’t materialise into anything

If we really want

To find happiness for both of us again

We need to turn a page

And start all over

No more pain, no more resentment that our shoulders used to bear

At last life’s bitterness has ended, all the pain has suddenly ceased

Now my heart knows… why

 

‘Cause I’ve been waiting for you….